Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Marzu li għadda, Malta kellha t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost it-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
L-istatistika turi li bi 2.2 fil-mija, ir-Repubblika Ċeka kella l-anqas rata ta’ qgħad segwita minn Malta bi 3.3 fil-mija u mill-Ġermanja bi 3.4 fil-mija. L-ogħla rata ta’ qgħad ġiet osservata fil-Greċja bi kważi wieħed u għoxrin fil-mija u fi Spanja b’16 fil-mija.
Ir-rata medja ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 8.5%.