Għat-tieni x-xahar konsekuttiv, Malta żammet postha bit-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ċifri tal-Eurostat juru li f’Novembru li għadda Malta flimkien mal-Ġermanja rreġistraw l-anqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro u t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-uniku pajjiż b’rata ta’ qgħad inqas minn ta’ Malta kien kien ir-Repubblika Ċeka bi tnejn punt ħamsa fil-mija.
L-ogħla rati ta’ qgħad kienu rreġistrati fil-Greċja u fi Spanja.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Novembru tas-sena l-oħra, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta naqsu bi kważi sitta u għoxrin fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.