Ċifri tal-Eurostat juru li matul is-sena li għaddiet Malta kellha t-tieni l-akbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifri juru li b’9.1 fil-mija, Ċipru rreġistra l-akbar tnaqqis fid-dejn meta mqabbel mal-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet.
Malta rreġistrat tnaqqis ta’ 5.4 punti perċentwali segwit mill-Awstrija b’5.1 fil-mija u l-Olanda b’5 fil-mija meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.
Iċ-ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li fl-aħħar bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet, id-dejn ta’ Malta kien ta’ 50.8 fil-mija meta mqabbel mal-Prodotti Domestiku Gross, jiġifieri kważi għaxra fil-mija taħt il-kriterji ta’ Maasticht.
Iċ-ċifri tal-Eurostat isegwu dawk tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru li f’leġiżlatura waħda tneħħiet iż-żieda kollha fid-dejn ta’ tliet gvernijiet Nazzjonalisti.
Fil-fatt bejn l-1998 u l-2012 id-dejn nazzjonali tela’ minn 51.2% tal-Prodott Domestiku Gross għal 67.8% tal-PDG. Mentri fl-2017 dan naqas għal 50.8% tal-PDG.