Fl-2020, Malta kienet it-tieni l-iktar pajjiż fl-Ewropa li fih iggradwaw tobba ġodda.
Dan ħareġ minn ċifri maħruġa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li juru li fl-elfejn u għoxrin iggradwaw f’Malta mat-32 tabib għal kull 100,000 ruħ.
Malta ġiet eżatt wara l-Każakistan, fejn iggradwaw 42 tabib għal kull 100,000 persuna.
L-istess statistika turi li Malta kellha wkoll it-tieni l-ikbar numru ta’ spiżjara, b’14-il spiżjar għal kull 100,000 resident.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li l-iktar pajjiż li kellu numru ta’ spiżjara kien Monaco, b’24 spiżjar għal kull 100,000 abitant.
Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, osserva li, meta mqabbel ma’ pajjiżi fl-Ewropa u l-Asja, Malta kellha t-tieni l-ikbar numru ta’ spiżjara u gradwati fil-mediċina.