Fis-sena meta bdiet il-pandemija, jiġifieri l-2020, Malta kellha fost l-akbar żidiet fin-nefqa fis-settur tas-saħħa.
Dan meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, jiġifieri l-2019.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT.
F’din l-istatistika ħareġ kif Malta kellha żieda ta’ 2% fis-settur tas-saħħa, meta mqabbel mis-sena ta’ qabel.
L-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellu żieda ikbar mis-sena ta’ qabel kien Ċipru.