Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda Malta kellha t-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ċifri tal-Eurostat għal Awwissu juru li r-rata medja ta’ qgħad fil-pajjiżi li jħaddnu l-munita ewro kienet ta’ 7.4%
Dan ifisser li b’kollox hemm 15-il miljun u erba’ mitt elf ċittadin Ewropew jirreġistraw għax-xogħol.
Bi 3.3%, Malta hija fost it-tliet pajjiżi bl-inqas nies ifittxu xogħol.
Qabilha r-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja. Ir-rata f’Malta hija 0.3% inqas minn kemm kienet fl-istess xahar is-sena li għaddiet.
Il-pajjiżi bl-aktar persuni jfittxu xogħol huma, il-Greċja, Spanja u l-Italja.
Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ ukoll li Malta kellha fost l-inqas l-inqas rata ta’ qgħad għaż-żgħażagħ taħt il-25 sena. Imqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, il-qgħad f’din il-kategorija naqas bi 2%.