Statistika tal-Eurostat turi li f’Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-inqas rata’ ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
Dan b’persentaġġ ta’ 3.4% li hija l-istess rata tal-Ungerija u l-Olanda.
L-unika pajjiżi li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn Malta kienu r-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja b’madwar 2.3%
Min-naħa l-oħra l-pajjiżi bl-ogħla rata ta’ qgħad kienu l-Greċja u Spanja, b’madwar 18 u 14 fil-mija rispettivament.
L-istatistika turi li fi żmien sena, pajjiżna naqqas il-qgħad 0.5 fil-mija. Dan ifisser li pajjiżna kompla jnaqqas l-ammont ta’ persuni qiegħda li diġà kien fl-inqas livell fl-istorja.
Iċ-ċifri tal-euorstat juri wkoll tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ Maltin minn 9.7 fil-mija s-sena li għaddiet għal 9.3 fil-mija f’Ġunju ta’ din is-sena.