F’Diċembru li għadda, Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha taż-Żona tal-Ewro.
Dan jirriżulta minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT, li juru li Malta kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.2 fil-mija.
Din iċ-ċifra ta’ qgħad ta’ pajjiżna hija ferm inqas minn tal-medja tal-pajjiżi fiż-Żona tal-Ewro, li hija ta’ 6.6 fil-mija – differenza ta’ 3.4 fil-mija.
Inqas mir-rata tal-qgħad ta’ Malta hemm biss dik taċ-Ċekja u tal-Ġermanja.
L-ogħla rati tal-qgħad fiż-Żona tal-Ewro huma dawk ta’ Spanja, b’13.1 fil-mija, u tal-Greċja, bi 11.6 fil-mija.