Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. Il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka biss irreġistraw rata aħjar minn ta’ Malta tul ix-xahar ta’ Frar.
B’rata ta’ 4.1% Malta għandha rata ta’ qgħad in-nofs tal-medja fl-Unjoni Ewropea li tlaħħaq it-8% u inqas sew mid-9.5% fiż-Żona Ewro.
Din l-istatistika mhux biss tikkonferma s-suċċessi fil-qasam tal-impjiegi, iżda tpoġġi lil Malta fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea hawn ukoll.