Fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, Malta kellha t-tielet l-akbar żieda fl-offerti ta’ xogħol, job vacancies minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Imqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedet fi tnejn u għoxrin pajjiż Ewropew, baqgħet stabbli f’erbgħa pajjiżi, u naqset f’erba’ pajjiżi oħra.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li minkejja li pajjiżna kellu fost l-ogħla rati ta’ tkabbir fl-impjieg fl-Unjoni Ewropea, wieħed punt tmienja fil-mija tal-postijiet tax-xogħol f’pajjiżna, kienu vakanti bejn Otturbu u Diċembru.
Fl-istess xhur tal-2017, 1.1 fil-mija biss kienu vakanti. Dan ifisser żieda ta’ zero punt sebgħa fil-mija.
Dan meta f’pajjiżi Ewropej, iż-żieda fil-postijiet tax-xoghol kienet inqas, jew ma kienx hemm zieda, jew sahansittra naqas l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol vakanti.
Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, 2.3 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol kienu vakanti. Żieda ta’ żero punt tnejn fil-mija, li huwa inqas minn kemm żdiedu l-postijiet tax-xogħol disponibbli f’pajjiżna.
L-employers f’Malta fil-qasam tal-manifattura u l-kostruzzjoni kellhom żieda fl-offerti ta’ xogħol minn 0,8 fil-mija fl-2017 ghal 2 fil-mija fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet. Dawn fil-qasam tas-servizzi wkoll li għandhom vacancies ekwivalenti għal tnejn fil-mija, jiġifieri d-doppju tal-ammont fl-Italja.
L-uniċi żewġ pajjiżi li kellhom żiediet akbar fl-offerti ta’ xogħol kienu fir-Repubblika Ċeka u fl-Awstrija. Minn-naħa l-oħra dawk il-pajjiżi li l-iktar li naqqsu l-vacancies kienu l-Estonja, l-Irlanda u l-Kroazja.