Malta għandha r-raba l-anqas rata ta’ qagħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn statistika tal-Eurostat li wriet li r-rata ta’ Malta hija n-nofs tal-medja Ewropea.
Meta kkumparat mal-istess xahar is-sena ta’ qabel, ir-rata ta’ qagħad naqset b’punt wieħed fil-mija. Dan minkejja li pajjiżna diġà kellu l-anqas rata ta’ qagħad qatt rreġistrata.
Apparti Malta, l-anqas pajjiżi li għandu persuni jirreġistraw huwa r-Repubblika Ċeka b’rata ta’ 2.2%, l-Ġermanja bi 3.1%, Polonja bi 3.2% u l-Ungerija, Malta u l-Olanda bi 3.5%.
Dan mhux l-uniku suċċess fejn jidħol il-qasam tax-xogħol f’pajjiżna hekk kif f’Novembru tas-sena l-oħra kienet ta’ għaxra punt disgħa fil-mija. Erbgħa fil-mija anqas mill-medja Ewropea.
Fuq in-naħa l-oħra tal-istatistika, l-aktar pajjiżi li għandhom fihom ġie rreġistrat qagħad huma l-Greċja b’sittax punt tmienja fil-mija, Spanja erbatax punt wieħed fil-mija, l-Italja b’disgħa punt sebgħa fil-mija u fi Franza ġie rreġistat qagħad ta’ tmienja punt erbgħa fil-mija.