Ċifri tal-uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul Novembru li għadda, Malta kellha r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rata ta’ qgħad f’Novembru li għadda kienet ta’ 3.7%. L-uniċi pajjiżi li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn Malta hemm l-Olanda bi 3.5%, il-Ġermanja bi 3.3% u r-Repubblika Ċeka b’1.9%.
Min-naħa l-oħra l-ogħla rata ta’ qgħad kienet irreġistrata fil-Greċja bi 18.6%, segwita minn Spanja b’14.7% u l-Italja b’10.5%.
Il-Eurostat qal li f’Novembru r-rata ta’ qgħad fl-unjoni Ewropea kienet ta’ 7.9% fejn kważi sittax-il milju u ħames mitt elf ruħ kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.
Intant l-istatistika tal-Eurostat ssegwi statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li turi li matul Novembru l-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta kienu ftit atkar minn elf u tmien mitt ruħ. L-NSO żied jgħid li l-qgħad matul Novembru naqas b’aktar minn erba’ mija meta mqabbel ma’ Novembru tal-2017.