Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Settembru li għadda Malta kellha l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.Il-Eurostat qal li sal-aħħar ta’ Settembru, ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.8 fil-mija, segwita mill-Olanda, il-Polonja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad ftit anqas minn ta’ Malta.
L-istatistika turi wkoll li Malta kellha s-sitt l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ taħt il-25 sena. Iċ-ċifri juru li meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet Malta naqset il-qgħad fost iż-żgħażagħ minn 11 fil-mija għal 9.5 fil-mija.
Ir-rata medja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ ftit anqas minn 17 fil-mija.