5,000 maskra ngħataw bħala donazzjoni minn Malta lin-Nepal.
Ħabbar dan Reuben Gauci, dak li mistenni jkun l-Ambaxxar Malti mhux residenti għan-Nepal.
Il-maskri ngħataw bħala donazzjoni mill-kumpanija 2KR Designs Ltd, liema kumpanija saħansitra ddisinjaw u anke mmanifatturaw l-istess maskri.
Il-kunsinja mistennija tasal f’Kathmandu llum.
Il-maskri vjaġġaw minn Malta lejn in-Nepal b’waqfa fl-Awstrija b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea.