Malta rreġistrat bilanċ qawwi ta’ €440 miljun fit-tranżazzjonijiet internazzjonali bejn April u Ġunju li għadda.
Ċifru tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju li għadda l-bilanċ tal-kontijiet internazzjonali ta’ Malta kompla juri titjib ta’ 396 miljun ewro biex laħaq ftit aktar minn €440.6 miljun ewro. Dan meta matul l-istess perjodu s-sena li għaddiet, iz-zieda fit-tranżazzjonijiet kienet tammonta għal €44.5 miljun.
Miċ-ċifri li nġabru mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika u l-Bank centrali, joħrog li t-titjib fil-bilanċ tal-pagamenti kien ġej l-iżjed mit-tliet sorsi ewlenin fosthom dħul akbar mit-turiżmu, mit-trasport u minn servizzi oħra.