Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar li P&O cruises se tkun qed topera fuq bażi ta’ home porting f’pajjiżna għas-snin 2017 u 2018.
Bil-cruise liner Aurora bħala sfond, il-Ministru qal li fl-2017 se jkun hemm iktar minn 100,000 moviment tal-passiġġieri bil-programm ta’ fly and cruise, permezz ta’ 27 fil-Valletta Cruise Port.
Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv ta’ Valletta Cruise Port, innota li l-cruise liner Oceana jidħol f’portijiet bħal Ravenna u Dubrovnik.
Huwa qal li bil-għan li pajjiżna jkun jiflaħ għal homeporting, sar investiment fl-infrastruttura u s-servizzi biex pajjiżna jkompli jkun wieħed attraenti u li joffri prodott diversifikat.
https://youtu.be/1UxJskNRiek