Malta qed tagħti l-appoġġ tagħha lejn l-Ukrajna.
Dan hekk kif id-dinja kollha tinsab ixxukjata bl-invażjoni Russa f’dan il-pajjiż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wassal għal qtil ta’ diversi ħajjiet innoċenti taċ-ċittadini Ukreni u eluf ta’ Ukreni ħarbu mill-pajjiż.
Il-funtana tat-Tritoni nxtelgħet bil-kuluri ċelesti u sofor, il-bandiera Ukrena.
Waqt Kunsill Ewropew fi Brussell f’nofs din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif Malta qed tgħin lill-Ukrajna bi provvisti mediċi.