Pajjiżna permezz ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili bagħat għajnuna umanitarja lil-Litwanja.
Permezz ta’ din l-għajnuna umanitarja, pajjiżna bagħat ħażna ta’ mħaded u sleeping bags.
Din l-għajnuna twasslet permezz ta’ titjira diretta tal-Air Malta u ġiet tiswa madwar €57,000, li kważi nofshom huma mħallsin mill-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li din l-operazzjoni saret bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ għajnuna tal-Unjoni Ewropea.
Intqal kif din l-għajnuna hija r-raba’ għajnuna li bagħat pajjiżna, wara n-Nepal, it-Tuneżija u l-Libja.