Malta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar permezz tal-judoka Katryna Esposito.
Esposito għamlet dan fil-kategorija tat-48kg.
Hija rebħet tliet ġlidiet. Bdiet b’rebħa kontra l-maltija Kirsty Cauchi imbgħad fit-tieni ġlieda rebħet liċ-ċiprijota Marina Kyprianu. Hija rebħet il-midaja tad-deheb hekk kif fit-tielet ġlieda għelbet lil Veronika Kalaitsidou ta’ Ċipru.
Sodisfazzjon doppju fil-Judo meta James Zahra rebaħ il-midalja tal-fidda din id-darba fil-kategorija tas-60kg
James Zahra kellu żewġ rebħiet. Beda b’rebħa kontra l-malti Sadek Khalaf. Huwa mbgħad tilef it-tieni ġlieda kontra Petros Christodoulides ta’ Ċipru biex finalment rebaħ it-tielet ġlieda kontra Manuel Tischhauser (Liechtenstein) b’Ippon biex serraħ moħħu mill-midalja tal-fidda.
Fil-Judo intrebħu żewġ midalji oħra tal-bronż: fid-90kg permezz ta’ Valerian Ogbaidze u fil-100kg permezz ta’ Isaac Beżżina.