Malta kompliet tikteb l-istorja tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar hekk kif wara r-raba’ ġurnata rebħet total ta’ 49 midalja. Dan hu l-akbar ammont ta’ midalji qatt mirbuħa minn Malta fl-istorja ta’ dan il-logħob hekk kif l-akbar ammont qatt mirbuħ qabel kien fl-2003, total ta’ 44.
Fir-raba’ ġurnata Malta rebħet 18-il midalja oħra: 8 deheb, 6 fidda u 4 bronż.
Tlieta mill-midalji tad-deheb waslu mill-Atletika: 400 metru Nisa permezz ta’ Janet Richard, 1,500 metru Nisa minn Gina McNamara u fit-Triple Jump permezz ta’ Claire azzopardi. Tnejn deheb waslu mill-Għawm: 100m Breastroke Nisa permezz ta’ Georgia Bohl u 50m freestyle Irġiel minn Kyle Micallef. Kmieni wara nofs-in nhar Matthew Grech rebaħ id-deheb fid-double trap.
MIdalji oħra tad-deheb intrebħu fl-iSquash Team tal-Irġiel u fit-Table Tennis tan-Nisa.
Fil-klassifika tal-midalji Malta għadha qed tokkupa it-tieni post, biss tinsab viċin Ċipru li qed jokkupaw l-ewwel post. l-ogħla pożizzjoni fil-klassifika qatt miksuba minn Malta f’dan il-logħob kienet ir-raba’ post.
Photo Credit: Angie Conti
Photo Credit: Leonard Cocks