Malta kisret ir-rekord ta’ midalji tad-deheb mirbuħa minn kemm ilha tieħu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.
Sal-Erbgħa, intrebħu 12-il midalja tad-deheb, bl-aħħar tnejn jaslu mill-kategorija tat-timijiet tat-table tennis.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-team tan-nisa rebaħ il-finali kontra Monaco 3-2 filwaqt li ftit wara it-team tal-irħiel tat-table tennis rebaħ il-finali rispettiva kontra l-Lussemburgu bl-istess skor.
B’hekk, matul it-tielet ġurnata ta’ logħob, Malta tellgħet it-total ta’ midalji mirbuħa għal 31: 12 deheb / 6 fidda / 13 bronż.
