Deheb u Fidda fl-Isparar Double Trap hekk kif Matthew Grech spiċċa l-ewwel u William Chetcuti it-tieni fi dwell bejnithom.
Grech tella’ total ta’ 110 minn 120 plattina filwaqt li Chetcuti laqat 102 plattina u spiċċa t-tieni biex rebaħ il-fidda.
Matthew Grech beda tajjeb mill-ewwel f’din il-kompetizzjoni u żamm dejjem l-ewwel post. Fl-ewwel round laqat 26 plattina minn 30. Gian Marco Berti kien it-tieni b’24 plattina u Chetcuti t-tielet bi 23.
Fit-tieni round Grech u Chetcuti kienu l-aħjar meta laqtu 29 plattina minn 30 kull wieħed.
Huma komplew bir-ritmu fit-tielet round. Matthew Grech reġa’ laqat 29 plattina minn tletin filwaqt li William Chetcuti laqat 25 plattina.
Ir-raba’ round kien dak deċiżiv. Round mimli emozzjonijiet b’Matthew Grech jolqot 26 plattina oħra għal total ta’’ 110.
William Chetcuti spiċċa t-tieni filwaqt li Lyndon Sosa tal-Lussemburgu rebaħ il-bronż.
Dik ta’ Grech kienet it-13-il midalja tad-deheb għal Malta.