Malta għandha midalja tad-deheb u tal-fidda ċerti fl-iSquash hekk kif l-aħwa Colette u Lijana Sultana rebħu s-semifinali rispettivi tagħhom tal-Individwali Nisa. Colette Sultana għelbet lil Vaso Karasava ta’ Ċipru 2-0 filwaqt li f’logħba kumbattuta Lijana Sultana rebħet lil Sandra Denis tal-Lussemburgu 2-1.
Il-finali tan-Nisa isir illejla fil-17:30.
Intant fortuna differenti fil-kategorija tal-Irġiel hekk kif il-plejers maltin tilfu s-semifinali rispettivi.
Kijan Sultana tilef kontra Luca Wilhelmi ta’ Liechtenstein 2-0. Min-naħa tiegħu Niall Engerer safa’ meghlub minn David Maier ukoll minn Liechtenstein bi skor ta’ 2-0.