Hekk kif illum tela’ s-siparju fuq id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta l-ewwel atleti fl-azzjoni kienu fit-tennis. Bidu tajjeb għall-maltin hekk kif fl-ewwel round tad-doppji tal-Irġiel il-koppja maltija Mattija Pecotic u Matthew Asciak għelbu lit-tennisti mill-Iżlanda Magnusson / Ristic bi skor ta’ 6-1 / 6-0.
B’din ir-rebħa għaddew għas-semifinali li ssir nhar l-erbgħa kontra l-koppja mil-Lussemburgu Calzi / Knaff.
Il-kompetizzjoniiet tat-Tennis ikomplu għada fil-Marsa fejn mill-Individwali tal-Irġiel u Nisa. Fil-kategorija tal-irġiel Matija Pecotic jilgħab kontra Damien Gelabaert ta’ Andorra u Matthew Asciak kontra De Marco ta’ San Marino.
Għada fl-azzjoni wkoll Francesca Curmi u Elaine Genovese fid-doppji tan-nisa. Huma jilgħabu kontra l-koppja minn San Marino Balduci / Giardi.
Photo Credit: Deea Buzdugan
Dejjem illum bdew ukoll il-kompetizzjonijiet tal-Basketball 5X5. It-timijiet maltin tal-irġiel u tan-nisa mhux se jkunu fl-azzjoni llum. It-timijiet tal-Basketball jidħlu fl-azzjoni t-Tlieta kontra Ċipru. Dak tan-Nisa jilgħab fl-16:45 u tal-irġiel fis-19:00.