Francesca Curmi u matija Pecotic jinsbau b’ċans li jirbħu midalja tad-deheb hekk kif għaddew għall-finali rispettivi tal-kategorija individwali. Fis-semifinali tan-Nisa, Francesca Curmi għelbet lil Marie Weckerle tal-Lussemburgu 6-2, 6-1. It-tennista l-oħra maltija Elaine Genovese tilfet is-semifinali tagħħha kontra Victoria Jimenez ta’ Andorra.
Min-naħa tiegħu Matija Pecotic kien fi klassi għalih hekk kif rebaħ is-semifinali individwali tiegħu bi skor ta’ 6-0, 6-0 kontra Petros Chysocos ta’ Ċipru.
Illum ukoll saret is-semifinali tal-Mixed Doubles fejn Matthew Asciak u Elaine Genovese tilfu kontra l-koppja ċiprijota Costantinou/Neos. B’hekk għada Asciak u Curmi se jilgħabu għall-bronż.