It-tennisti Francesca Curmi u Elaine Genovese għaddew għall-finali tad-doppji tan-Nisa hekk kif it-Tlieta wara nofs-in nhar għelbu lill-koppja Balduci / Giardi minn San Marino bl-iskor ta’ 6-2, 6-1. Kif jixhed ir-riżultat il-koppja maltija kienu fi klassi għalihom u issa jinsabu f’ċans tajjeb għad-deħeb.
Aktar kmieni kienu fl-azzjoni it-tennisti Mattija Pecotic u Matthew Asciak fl-Individwali tal-Irġiel. It-tnejn li huma ħarġu rebbieħa u għaddew għall-kwartifinali. Pecotic għeleb bla tant tbatija lil Damien Gelabert ta’ Andorra 6-0, 6-2.
Aktar kumbattuta il-logħba ta’ Matthew Asciak kontra Marco De Rossi ta’ San Marino. Il-malti tilef l-ewwel set 2-6 biss rebaħ it-tnejn ta’ wara rispettivament 6-4, 6-1.