It-team nazzjonali malti tar-Rugby 7s rebaħ il-midalja tal-fidda meta fil-finali fit-Tony Bezzina Stadium Kordin, tilef kontra Andorra bl-iskor ta’ 21-19. Finali li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż u li rat lil Malta tibda tajjeb bl-avversarji jirreaġixxu u jaqilbu r-riżultat favur tagħhom.
Il-maltin bdew tajjeb u marru 7-0 minn fuq permezz ta’ Jackie Richard. Team malti li kompla jżied il-vantaġġ bi try ta’ Maria Spiteri għal skor ta’ 12-0. Iżda Andorra irrispondew bi try u conversion għal skor ta’ 12-7. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, l-avversarji komplew iżidu l-iskor bi try u conversion ieħor biex marru minn fuq 14-12.
Try u conversion ieħor ta’ Andorra fil-bidu tat-tieni taqsima rahom ikabbru l-vantaġġ għal 21-12. Il-maltin ma qatgħux qalbhom u setgħu salvaw ir-riżultat lejn l-aħħar. Filfatt lejn l-aħħar battuti tal-finali Malta għamlet try permezz ta’ Penelope Severtin segwiet mill-conversion għal skor ta’ 21-19. Biss ma tantx kien fadal ħin, bl-avversarji għarfu jikkontrollaw il-pussess u l-vantaġġ biex kienu Andorra li rebħu l-finali u d-deheb.