Deheb għal Malta fl-4x100m relay tal-irġiel b’ħin ta’ 40.59
It-tim Malti kien kompost minn Graham Pellegrini, Gaetano Di Franco, Graham Pellegrini u Luke Bezzina. Ċipru daħlu t-tieni filwaqt li Monaco t-tielet.
Deheb għal Malta wkoll fl-4x100m relay tan-nisa b’ħin ta’ 45.39 sekondi. It-tim Malti kien kompost minn Claire Azzopardi, Janet Richard, Carla Scicluna u Charlotte Wingfield.
Intant aktar kmieni Carla Scicluna rebħet il-fidda u janet Richard il-bronż fil-finali tal-200m nisa. Scicluna kellha ħin ta’ 23.74 li kien rekord nazzjonali. Janet Richard daħlet it-tielet f’ħin ta’ 28.04. Ċipru rebħu l-finali.