Midalja tad-deheb oħra għal Malta fit-Table Tennis hekk kif Felix Wetzel rebah il-kompetizzjoni individwali tal-irġiel. Fil-finali Wetzel għeleb lill-plejer mil-Lussemburgu Eric Gold bi skor ta’ 3-0.
Wetzel beda tajjeb u rebaħ l-ewwel set 11-5. It-tieni set kien wieħed kumbattut ħafna b’Wetzel jirbħu 13-11. Wetzel żamm kalma u konċentrazzjoni u rebaħ it-tielet set 11-5 biex rebaħ il-finali u l-midalja tad-deheb.
Din kienet it-tielet midalja għal Wetzel f’dan il-logħob hekk aktar kmieni din il-ġimgħa rebaħ ukoll il-kompetizzjoni tat-timijiet u dik tad-doppji.
Min-naħa tagħa Camilla Iacop tilfet il-finali tal-Individwali tan-Nisa meta ġiet megħluba minn Xiaoxin Yang ta’ Monaco 3-0. Aktar qabel il-maltija l-oħra Renata Strbikova tilfet is-semifinali ui b’hekk kellha tikkuntenta bil-bronż.
Bilanċ pożittiv ferm fit-Table Tennis waqt din l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar hekk kif irbaħna total ta’ seba’ midalji: erba’ deheb / tnej fidda u waħda bronż.
Photo Credit: Michael Azzopardi