Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia, ikkonferma li fil-Partit Nazzjonalista hemm min ma jridux. Fost oħrajn minħabba l-fatt li l-lingwaġġ li juża huwa meqjus bħala mhux aċċettabbli minn ħafna fid-dinja politika. Iżda, f’intervista mat-Times of Malta Salvu Mallia kkonferma li għaddiet tiegħu u t-tmexxija ma kellmitux.
Dan għax fi kliemu jekk xi ħadd jitolbu jirregola l-mod kif jitkellem u jġbi ruħu jitlaq il-barra. Saħansitra, fl-intervista Salvu Mallia żvela li għamel numru ta’ kundizzjonijiet biex se jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista. Kundizzjonijiet li Simon Busuttil aċċetta.
Fl-istess ħin Mallia qal ukoll li hu kap wieħed għandu, il-kuxjenza tiegħu. Fl-istess intervista li qal li għamel dawn il-kundizzjonijiet lill-Kap, Salvu Mallia tenna li l-gvern għandu jilleġiżla biex l-abort u l-ewtanasja jsiru għażla personali u mhux ikunu regolati mill-istat.
Salvu Mallia, li fl-aħħar ġimgħat qabbel lill-Prim Ministru mal-pesta qal li l-ikbar għadu tiegħu huwa Joseph Muscat. Fl-intervista jagħti x’jifhem li hija din ir-raġuni għaliex daħal fil-politika tant li meta l-ġurnalist jistaqsih jekk il-kandidatura tiegħu hijiex għall-mibegħhda li għandu għall-Prim Ministu, personal grudge, Mallia wieġeb billi qal lill-ġurnalist li jekk irid isejħilha hekk jista’.
Saħanistra meta mistoqsi dwar kif fil-Partit Nazzjonalista hemm min ma jridux kandidat qal li dik hija xi ħaġa tajba. “Fantastika,” sejħilha Salvu Mallia li wara xhur jgħid li appoġġja l-labour fl-aħħar elezzjoni issa qal li din kienet deċiżjoni li ħa ta’ malajr fl-aħħar ħames minuti qabel mar jivvota.