Kompla jinstema’ l-każ kontra s-Somalu ta’ 20 sena akkużat bi traffikar tal-kannabis f’Paceville.
Huwa nqabad waqt raid, wara li l-Pulizija rawh javviċina grupp ta’ sitta min-nies, ikellimhom u jġib xi ħaġa minn għalqha mwarrba. Malli lemaħ lill-pulizija, l-akkużat prova jarmi sitt basktijiet mimlija kannabis. Hawnhekk instabu ħames basktijiet oħra fl-għalqa u anke xi basktijiet vojta.
Fil-Qorti ntqal ukoll kif fil-ħin tal-arrest, kellu €150 flus kontanti f’idu u ma riedx jgħid lil Pulizija minn fejn ġabhom. Il-prosekuzzjoni talbet biex tkun studjata s-sustanza li nstabet fil-pussess tal-akkużat. Intant il-każ se jkompli jissemma fl-aħħar tax-xahar.