Malcom Cutajar inħatar bħala l-ewwel Ambaxxatur tematiku għall-imigrazzjoni, filwaqt li Mauro Farrugia, inħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali.
Il-kariga ta’ Ambaxxatur għall-Imigrazzjoni, hija t-twettiq ta’ miżura mill-manifest elettorali, ‘Malta Flimkien’, bl-għan li ssaħħaħ il-ħidma fuq l-imigrazzjoni anke barra minn xtutna.
Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri qal li din il-ħidma mhijiex relatata biss mar-ritorn ta’ immigranti li ma jkunux jikkwalifikaw għall-protezzjoni f’pajjiżna, iżda wkoll ma’ kollaborazzjoni fuq inizjattivi ta’ ġid li jistgħu jikkontribwixxu biex anqas nies jissugraw ħajjithom f’idejn it-traffikanti.
Huwa għamel referenza wkoll għaż-żieda ta’ JobsPlus fir-responsabbiltajiet tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.
Mauro Farrugia ġie maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, kariga li kien jokkupa Malcolm Cutajar.