Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull injora appelli biex jirriżenja hekk kif hemm kriżi fit-tmexxija li kulma jmur qiegħda tikber u dgħajfet il-gvern ta’ Turnbull.
Huwa qed jiġġieled biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu, filwaqt li għaddej sforz mill-kollegi tiegħu biex jieħdu postu.
Iżda huwa qal li mhux se jikkontesta għat-tmexxija jekk ir-rivali tiegħu fil-Partit Liberali jassikuraw biżżejjed appoġġ biex iġibu vot intern ieħor.
Il-gvern issospenda l-parlamanet fil-jum tal-Ħamis sabiex jipprova jsolvi l-kriżi.
Turnbull qal lill-ġurnalisti li l-Awstraljani għandhom raġun ikunu mbarazzati b’dak li qed jaraw fil-parlament ta’ pajjiżhom.