Malala Yousafzai, rebbieħa tal-Pemju Nobel tal-Paċi magħrufa għall-attiviżmu tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem esprimiet il-ferħ li kellha hekk kif temmet l-aħħar eżamijiet fl-Universita ta’ Oxford.
It-tfajla ta’ 22 sena, li salvat wara li sparawlha suldati Talibani, studjat fil-politika, il-filosofija u l-ekonomija.
F’messaġġ fuq Twitter spjegat kif ma tafx x’qed tistenna mill-futur iżda għalissa se tkun qed tqatta’ ftit ħin taqra, torqod u tgawdi l-ħajja.