Malala Yousafzai qed tappella bil-qawwi sabiex in-nisa fl-Afganistan jerġgħu jibdew jitħallew jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel.
Yousafzai, li hija wiċċ sinonimu fil-ġlieda biex in-nisa u tfajliet jingħataw drittijiet ugwali, qalet mal-BBC li din il-liġi tista’ tibqa’ fis-seħħ għal snin twal taħt it-tmexxija tat-Talibani.
F’intervista hija staqsiet “jekk is-subien jistgħu jmorru fl-iskejjel, għaliex in-nisa ma jistgħux jagħmlu bħalhom?”