Wara li rritornat fil-Pakistan jumejn ilu, Malala Yousafzai, rebbieħa tal-Pemju Nobel tal-Paċi magħrufa għall-attiviżmu tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem, irritornat lejn belt twelidha, proprju fil-post fejn intlaqtet minn tir f’rasha mill-Militanti Talibani.Yosafzai, li llum għandha għoxrin sena, kienet intlaqtet minn tir f’rasha wara li kienet protagonista f’kampanja favur l-edukazzjoni lin-nisa fl-elfejn u tnax.
Meta tħabbru d-dettalji dwar iż-żjara, ma kienx għadu magħruf jekk hux se żżur ir-raħal li fih twieldet u trabbiet minħabba tħassib dwar is-sugrtà.
Fl-ewwel jum taż-żjara tagħha, iż-żagħżugħa wasslet diskors mill-aktar emozzjonanti fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.