Raġel li jaħdem f’bar Paceville ma nstabx ħati ta’ akkużi li weġġa’ klijent wara li faqagħlu tazza ġo rasu f’bar f’San Ġiljan. Il-każ seħħ fi Frar ta’ tliet snin ilu. Kien iż-żagħżugħ Clint Attard li mar l-għassa flimkien ma sieħbu biex jagħmel rapport fejn qalu li raw oġġett itir lejhom.
Jidher li meta l-Pulizija marru fuq il-post ,individwat lil bniedem li kien xogħol mal-bar dak il-ħin. Dan qal li fil-mument kien hemm xi ġlieda, iżda dejjem ċaħad li kien hu li waddab it-tazza.
Il-Qorti qalet li l-vittmi ma kinux ċari meta iddentifikaw lil Azzopardi u l-identifikazzjoni saret kontra kull regola f’każi bħal dawn. Il-Qorti ma setgħatx tifhem għaliex is-suspett waqa’ fuq dan il-bniedem partikolari, meta l-vittmi lanqas raw l-oġġett jitwaddab.