Ftit tas-sigħat wara li Samuel Azzopardi nstab ħati li saq taħt l-effett tax-xorb u rrifjuta li joqgħod għat-test tal-breathalyzer, il-Partit Nazzjonalista reġa’ għamlu Sindku tar-Rabat Għawdex.
Azzopardi kien immultat mill-qorti u saħansitra kellu l-liċenzja sospiża iżda ladarba s-sentenza ħarġet Simon Busuttil ħass li kellu jerġa’ jaħtru fil-kariga. Dan anke jekk instab ħati ta’ każ meqjus bħala serju.
“Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jirtira b’effett immedjat is-sospensjoni ta’ Samuel Azzopardi u jerġa’ jinnominah għall-kariga ta’ Sindku tar-Rabat Għawdex. Il-każ ta’ Samuel Azzopardi hu eżempju ċar ta’ kif għandhom jimxu persuni f’karigi pubbliċi, u ta’ kif partit politiku għandu jmexxi bl-eżempju,” qal il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija.