- Delia kritikat għan-nies li qed jiddawwar bihom
Ir-ritratt ta’ Adrian Delia fil-każin Nazzjonalista tal-Ħamrun imdawwar b’żewġ membri tal-mażunerija, li suppost kienu sospiżi mill-partit, jinkludi wkoll Ħamruniż li fil-Qorti ammetta li ħaraq bar. Huwa Marius Scerri, l-attivist Nazzjonalist b’sentenza kriminali mdendla fuq rasu dwar reat tal-ikbar serjetà u li qed jappoġġja mill-qrib lil Delia u saħansitra ma’ oħrajn attenda l-attivitajiet ta’ dak li qed jaspira li jilħaq kap tal-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar ġimgħat Adrian Delia kien deskritt bħala“shady” minn nies li fil-Partit Nazzjonalista ilhom jimmilitaw snin. Irrapportat dan il-ġurnal Kullħadd fejn ingħad li biex jikkritikaw il-kondotta tiegħu sabu diversi eżempji u filwaqt li pprova jiddefendi ruħu billi rreaġixxa b’emozzjoni baqa’ ma ta ebda spjegazzjoni għal ħafna mill-azzjonijiet tiegħu.
Filwaqt li fil-pubbliku u fuq il-midja saru dikjarazzjonijiet dwaru li għad irid iwieġeb, intqal iktar b’mod ċar fil-kurituri tal-każini u fid-Dar Ċentrali. L-allegazzjonijiet li kien hemm humaserji.
Fost oħrajn intqal kif il-fatt li f’ritratt wieħed ta’ Delia hemm tlieta li xejn ma jagħmlulu ġieħ, jgħid ħafna fuq x’jiġri jekkDelia jilħaq kap tal-Partit Nazzjonalista.
Intqalu kummenti wkoll b’referenzi għal dawk li fl-aħħar ġimgħat inġabru quddiem id-Dar Ċentrali biex joffrulu appoġġ u kif biex għamlu dan insulentaw persuni oħra.
Marius Scerri, li fir-ritratt ippubblikat jidher bi flokk iswed u bid-daqna fuq quddiem, hu fost numru ta’ Ħamruniżi li kienuma’ Mario De Marco u llum jappoġġjaw lil Adrian Delia. Fih jaraw ukoll raġuni kif ipattuha lil Simon Busuttil għal mod kifkien stmat fl-aħħar snin iż-żiemel tagħhom, anke jekk De Marco kien attent li ma jiżbilanċjax ruħu. Quddiem l-Imħallef Michael Mallia, Marius Scerri ammetta minflok għadda ġuri li ta n-nar lil bar wara argument mas-sieħba tiegħu, omm bintu.
Is-sentenza tal-Qorti tirrakkonta x’seħħ dakinhar li nħaraq il-bar.
Marius Scerri flimkien ma’ persuna oħra, kienu marru fl-istabbiliment Saints Bar għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu fejn l-akkużat kellu xi jgħid ma’ xi persuni fil-lokal li kien jafhom u wara li tkeċċa ’l barra minħabba l-inkwiet li kien inqala’, hu kien allontana ruħu minn fuq il-post permezz ta’ vettura misjuqa mill-persuna l-oħra li kienet miegħu l-ħin kollu, bin-numru ta’ reġistrazzjoni ABN871 tal-għamla Fun Cargo. Fil-kors ta’ triqthom, l-akkużat u l-persuna l-oħra li kienet miegħu, waqfu ma’ pompa tal-petrol li lemħu fit-triq u l-akkużat flimkien mal-persuna l-oħra battlu landa taż-żibel li kienet fil-viċinanżi u mlewha bil-petrol minn din il-pompa. Wara li għamlu hekk, dawn saqu lura lejn l-istabbiliment Saints Bar u wara li pparkjaw fit-triq tal-istess stabbiliment, l-akkużat ħareġ mill-vettura ABN871 bil-landa mimlija petrol f’idejh segwit mill-persuna l-oħra li kienet miegħu, mar jiġri lejn il-bieb tal-istabbiliment, u wara li tefa’ l-landa fuq il-bieb tas-Saints Bar, volontarjament qabbadha bil-lighter li kellu fil-pussess tiegħu bl-intenzjoni li jagħti n-nar lill-istabbiliment kollu, u dan meta kien jaf li ġol-istabbiliment kien hemm xi persuni jew li seta’ kien għad hemm xi persuni ġewwa fil-mument tal-ħruq. Sussegwentement Marius Scerri u l-persuna l-oħra li kienet miegħu ħarbu jiġru ’l isfel lejn fejn kienet ipparkjata l-karrozza ABN871, u saqu ’l hemm fid-direzzjoni tal-Ħamrun. Madankollu, wara li telqu minn fuq il-post din it-tieni darba, l-akkużat flimkien mal-persuna li kienet miegħu reġgħu saqu lura fit-triq tal-istabbiliment sabiex jaraw x’kien qed jiġri fuq il-post u waqt li kien fid-dintorni, l-akkużat ġie identifikat minn xi persuni li kienu fil-lokal jew fil-viċinanzi tal-istess bħala wieħed mill-persuni li kien ikkawża dan il-ħruq.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza tagħha, sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, il-Qorti qalet li għalkemm ebda persuna ma tilfet ħajjitha, huwa seta’ jobsor li f’dak il-waqt hemm ġew kien hemm xi persuna.
Hu nstab ħati wkoll li ħebb kontra persuna sabiex jinġurja, idejjaq jew jagħmel ħsara lil dik il-persuna jew lil ħaddieħor. Instab ħati wkoll li volontarjament kiser il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku.
Dan mhux l-uniku każ fejn Scerri ttella’ l-Qorti jaffaċċja akkużi kriminali. Għalkemm kien hemm drabi fejn kien liberat minħabba li ma nstabux biżżejjed provi kontrih. Intant, referenza għal Jonathan Pace u Olvin Galea li kienu fiċ-ċentruta’ rapport tal-Maltatoday li snin ilu qalu kif huma membri tal-mażunerija filwaqt li kienu qrib Mario De Marco u attivisti kbartal-Partit Nazzjonalista għamluha wkoll imkejjen fid-Dar Ċentrali. Qalu li bħal fil-każ ta’ Scerri jsibuha diffiċli ħafna jemmnu li Delia ma kienx jaf ma’ min qed jieħu ritratt.