Aktar minn ħamsa u erbgħin elf persuna attendaw għall-kunċert mużikali ta’ SummerDaze Malta.
Dan il-festival, li hu magħruf għall-briju u d-divertiment mill-aqwa, sar fil-Park Nazzjonali f’Ta Qali.
Il-kunċert tal-bieraħ sar b’kollaborazzjoni ma’ BBC Radio 1 Dance Live u Creamfields.
Mal-ewwel noti tal-kanzunetta ta’ Where is the love?, il-folla dehret entużjsta bl-spettaklu tal-grupp Black Eyed Peas li ħolqu atmosfera mill-isbaħ.
Il-grupp deher ukoll iżomm il-bandiera Maltija.
Il-folla laqgħet ukoll lill-kantanta żvediża Zara Larsson, li flimkien maż-żeffiena tagħha fuq il-park spettakolari tas-SummerDaze interpretat il-kanzunetta Ain’t My Fault.
L-atmosfera f’Ta Qali kompliet tikber permezz ta’ Farruko u D Block Europe li permezz ta effetti viżwali mill-isbaħ għamlu atmosfera mill-isbaħ.
Fil-kunċert ħadu sehem ukoll l-artisti lokali bħal Carlbee, Ziggy, Pocci, Emily Langu u Braynod B2B.
Dawn kienu appoġġjati wkoll mid-Dj Charlie Hedges tal-BBC Radio 1.
Bħall-kunċert tal-MTV qabelu, eluf ta’ barranin spikkaw fil-folla, b’ħafna minnhom jiġu Malta apposta għal dan l-appuntament mużikali.
Sadanitant nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Awwissu, eluf oħrajn mistennija jgawdu s-serata fl-istess post ma’ artisti ekstravaganti Taljani, bħal Albertino, Fargetta, Molella e Prezioso ta’ Deejay Times, Salmo, Elettra Lamborghini, Fred de Palma u l-istilel tad-disgħinijiet Haddaway u Double You.