Rapporti qed jgħidu li mal-mitejn u sebgħin immigrant abbord tliet dgħajjes li kienu fil-baħar Mediterran iddaħħlu fil-gżira ta’ Lampedusa, parti mill-Italja.
L-għaqda Alarm Phone kienet irrappurtata tgħid li lemħet l-immigranti f’nofs ta’ baħar u kienet anki qed tappella biex żewġ bastimenti tal-merkanzija, li kienu fil-viċinanzi, jagħtu l-għajnuna.
L-għaqda Repubblika kienet qed tappella biex Malta ddaħħal dawn l-immgiranti.
Skont rapporti fil-midja, żewġ dgħajjes minn tlieta li daħlu fil-gżira qrib it-Tuneżija kellhom fuqhom 116-il persuna u d-dgħajsa l-oħra mas-sittin ruħ oħra.
Fl-aħħar ġimgħat fil-gżira ta’ Lampedusa daħlu iżjed immigranti fosthom żbark minnhom fejn kien hemm qrib il-mitejn immigrant.