Il-Ġnus Magħquda kkundannaw rejd tal-Pulizija kontra suspettati traffikanti tad-droga f’Rio di Janeiro. Dan anke fi sfond ta’ allegazzjonijiet mill-pubbliku dwar abbuż mill-Pulizija.
Ir-rejd tal-aħħar sigħat qed ikun deskritt bħala l-aktar wieħed imdemmi hekk kif 25 persuna nqatlu.
Residenti ġew irrapportati jgħidu li saħansitra xi uffiċjali tal-Pulizija daħlu jfittxu fid-djar mingħajr mandat.
Il-Pulizija qed jgħidu li huma aġixxew biss biex jiddenfendu rwieħhom.