Il-Ministru Owen Bonnici flimkien maċ-chairman ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici niedew investiment ta’ aktar minn tliet miljun ewro f’makkinarju li jistampa l-passaporti. Dan se jkompli jpoġġi lil Malta fil-quċċata tal-Ewropa fejn tidħol is-sigurtà tal-identità taċ-ċittadini.
Il-Ministru qal li l-bidla għat-teknoloġija ġdida seħħet mingħajr problemi ta’ xejn. Dan l-investiment qed isir flimkien mal-kumpanija De La Rue li qed tipprovdi l-makkinarju neċessarju.
Din it-tip ta’ teknoloġija se tkun qed iżżid l-effiċjenza fi ħdan l-uffiċini ta’ Identity Malta. Din hija t-tielet ġenerazzjoni ta’ passaporti b’ċippa li tinkludi dettalji dwar il-wiċċ u s-swaba.
https://youtu.be/5jFy6BFCeGQ