Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista organizzat elezzjonijiet skont l-istatut tal-partit biex jiġu jimtlew il-pożizzjonijiet fi ħdan is-Sezzjoni Kunsilliera. Mario Fava, ġie kkonfermat bħala President tas-Sezzjoni Kunsilliera, Ryan Ellul ġie maħtur bħala Viċi-President, filwaqt li Sandro Azzopardi, ġie maħtur bħala Segretarju.
Il-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali se tkun okkupata minn Fiona Borg Lewis, filwaqt li David Caruana, Elke Cassar Sghendo, Neville Chetcuti, Michael Mifsud, Dominic Spencer ġew eletti bħala membri fl-Eżekuttiv.
Din l-elezzjoni, rat ukoll żewġ ħatriet għal Rappreżentanti fl-Eżekuttiv Nazzjonali – Christian Attard u Neville Chetcuti. Daniel Ablett, Sarah Borg, Elke Cassar Sghendo, Ryan Ellul, Michael Mifsud ġew eletti bħala Delegati għall-Konferenza Ġenerali.