Il-Ministeru għall-familja, drittijiet tat-tfal u solidarjeta’ socjali ħabbar li ħatar investigazzjoni indipendenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras sabiex ikunu stabbiliti l-fatti kollha tal-każ b’rabta mal-mewt tat-tifla Niġerjana.
Fi stqarrija l-Ministeru qal li din l-investigazzjoni indipendenti se ssir minkejja li qatt ma kien hemm l-ebda ordni tal-ħarsien fir-rigward tal-minuri u li l-Aġenzija Appoġġ ma kinitx responsabbli mir-residenza fejn kienet tgħix il-familja.