Is-segretarju Parlamentari Deborah Schembri ħatret il-Kap Eżekuttiv, chairperson u board tal-gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet. Liema Awtorità twaqqfet permezz ta’ avviż legali ppublikat nhar il-Ġimgħa u li se tkun qed tieħu l-irwol tal-Kummissarju tal-Artijiet u d-Dipartiment eżistenti.
Il-Bord huwa kompost minn:• L-Imħallef Emeritus Lino Farrugia Sacco bħala Ċhairperson maħtur mill-Prim Ministru
• John Vassallo bħala Viċi-Ċerperson maħtur mill-Ministru
• Carlo Mifsud bħala Kap Eżekuttiv
• Clifton Grima bħala Membru tal-Parlament nominat mill-Prim Ministru
• Maria Cardona bħala avukat nominata mill-Ministru
• Odette Lewis bħala perit nominata mill-Ministru
• Ivan Grixti bħala persuna ta’ reputazzjoni fil-kamp tal-verifika • William Wait bħala persuna b’ esperjenza fl-immaniġjar korporattiv
• Joe Scalpello bħala persuna nominata mill-Awtorita tal-Ippjanar
• Ruben Abela bħala persuna nominata mill-Awtorita għall-Ambjent u r-RiżorsiIl-Bord kellu jkun kompost minn membru ieħor, li huwa n-nominat min-naħa tal-Oppożizzjoni iżda minkejja t-talba formali mill-ministru lill-Kap tal-Oppozizzjoni, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jirrifjuta li jinnomina rappreżentant.Is-segretarju Parlamentari għall-Ippjanar iddeskriviet din il-bidla bħala era ġdida ta’ trasparenzau għaldaqstant appellat biex anka l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi dan hu tikkollabora mal-gvern billi tinnomina membru. Hija spjegat li l-bord mhuwiex se jassumi r-responsabbilitajiet tiegħu minn issa iżda li nħatar uffiċjalment biex ikun f’ pożizzjoni li jibda bil-preparamenti meħtieġa għall-biddla fl-istruttura tal-qasam.Ic-chairperson Lino Farrugia Sacco ddeskriva r-riforma fil-liġi bħala waħda li se twassal għal trasparenza assoluta, b’ inqas burokrazija u li taqdi kemm lil poplu in ġenerali u kif ukoll lill-individwi li għadhom qed jistennew li jinqdew.

Filwaqt li l-Kap Eżekuttiv Carlo Mifsud stqarr li huwa d-dmir tiegħu li l-board jaġixxi b’ onesta, professjonalita u integrita filwaqt li juża r-riżorsi tal-Awtorita bl-iktar mod effiċjenti u jara li l-Awtorita timxi maż-żminijiet f’ dak li għandu x’jaqsam m’ avvanzi teknoloġiċi.