Il‑Prim Ministru ħatar lill‑Professur Frank Bezzina B.Ed. (Hons.) (Melit.), Dip. Ed. Mangt. (JEB), M.Sc, (SHU), Ph.D. (Melit.) bħala Direttur tal‑Bank f’termini tal‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2018.
Il‑Professur Bezzina huwa d‑Dekan tal‑Fakulta tal‑Ekonomija, il‑Management u l‑Accountancy (FEMA) fl‑Università ta’ Malta. Il‑Professur Bezzina jagħti lekċers fl‑Applied Business Statistics, Decision and Risk Analysis, Management Science u Research Methodology. L‑interessi tiegħu ta’ riċerka huma varji iżda jiffukaw l‑aktar fuq investigar ta’ fenomeni fl‑Organisational Sciences. Hu ppubblika diversi studji f’ġurnali internazzjonali riveduti mill‑pari dwar maniġġ tar‑riskji, governanza korporattiva, tmexxija trasformazzjonali, management ibbażat fuq l‑evidenza u kunċetti żbaljati dwar statistika/metodoloġija.
Il‑Professur Bezzina hu fellow tar‑Royal Statistical Society (RSS, Renju Unit), membru tal-kumitat tat-tmexxija tal‑British Academy of Management’s Research Methodology special interest group u jħaddan karigi ta’ visiting professor fil‑Fakultà tal‑Ekonomija u n‑Negozju tal‑Università ta’ Żagreb, il‑Kroazja, u fil‑Wroclaw University of Economics, il‑Polonja.