Il-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva, b’vot unanimu, in-nomina ta’ Michael Callus bħala ċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tat-Trasport.
Michael Callus huwa speċjalista fl-iżvilupp tan-negozju b’ħafna snin ta’ esperjenza fl-industrija marittima.
Meta ġie mistoqsi dwar il-ħidma li se tkun qed tagħmel taħtu l-Awtorità, Michael Callus spjega li se jkompli jibni fuq il-ħidma tajba li diġà kien hemm.
Huwa semma l-proġett tax-ship-to-shore, li permezz tiegħu se jitnaqqas b’aktar minn disgħin fil-mija t-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija li jkunu sorġuti fil-Port il-Kbir.