Il-Gvern ħa nota ta’ artiklu li deher illum fil-MaltaToday li allega li uffiċjal mhux imsemmi tal-Gvern intervjena biex tinħeles persuna mill-kustodja tal-Pulizija.
Il-Pulizija qed jiċħdu li dan kien il-każ u qed isostnu li ġiet segwita il-proċedura fil-każ imsemmi.
Madanakollu, biex tiġi assigurata kontabbiltà u trasparenza, ġie maħtur bord ta’ investigazzjoni interna, magħmul mill-eks Brigadier Carmel Vassallo biex jinvestiga l-każ, b’ mod partikolari jekk ġietx segwita l-proċedura u l-liġi, jekk il-proċeduri f’każijiet ta’ allegata vjolenza domestika humiex adegwati, u jekk kienx hemm xi forma ta’ intervent estern f’dan il-każ.
Il-bord ta’ inkjesta għandu jirrapporta fi żmien tliet ġimgħat.