Il-qtil ta’ minn tal-inqas mitt persuna f’jum wieħed li kienu qed jieħdu sehem fid-dimostrazzjonijiet kontra l-kolp ta’ stat fil-Myanmar qajjem rabja kbira madwar id-dinja; b’Ministri tad-Difiża ta’ minn tal-inqas tnax-il pajjiż ikkundannaw lill-militar fil-pajjiż.
Matul il-jum tal-Ħadd saru l-funerali ta’ wħud mill-vittmi, u qed jiġi rrapportat li l-militar prova jfixkel familji milli jagħtu l-aħħar tislima xierqa lil qrabathom.